CENTRU+LEMIN PDF Print E-mail
Features | Top Stories
Written by CENTRU+LEMIN on Tuesday, 07 July 2009 11:18   

X'INHU CENTRU+LEMIN?

CENTRU+LEMIN Huwa Portal b'forma ta' magazin elettroniku.

Fih issibu ahbarijiet u artikli li jharsu lejn id-dinja u l-hajja mill-lenti tal-lemin. CENTRU+LEMIN iservi ukoll bhala portal fejn nigbdu l-attenzzjoni ghal dawk l-ahbarijiet u  artikli fuq l-internet li nemmnu huma ta' interess lill-qarrej lemini - m'hux biss minhabba l-aspett informattiv taghhom izda ghax nhossu li huma relevanti ghas-socjeta taghna.

 

GHALFEJN CENTRU+LEMIN?

Mhux xi sigriet li l-media f'pajjizna hija ddominata minn esponsenti xellugin jew hekk imsejha Progressivi u Liberali - fi ftit kliem, Socjalisti. Meta l-Media Maltija mhux qed taghmel l-ghalmu taghha sabiex tahsel l-imhuh tan-nies b'ideat skaduti u falluti, ideat li ma gabu xejn hlief mizerja kull fejn gew attwati - isservi biss ghal-battibekki partiggjani u infantili bejn zewg partiti mostri li illum it-tnejn ixaqilbu lejn ix-xellug. L-ikbar dnub tal-media mhux qieghed fil-bias ovvju taghha fejn taghzel li tirrapporta- izda sottilment l-ikbar censura hija f'dak li taghzel li ma tirraportax. 

Ghalhekk CENTRU+LEMIN gie mwaqqaf bl-iskop li johloq bilanc, biex jaghti wiesgha ghal-lehen tal-Lemin li qatt ma jigi rraportat. Bex jaghti alternattiva ghal-dawk l-ideat skaduti u falluti li dawk li japprezzaw il-liberta tqazzu minnhom wara seklu ta' Socjalizmu.

Dan is-sit huwa msemmi b'intenzzjoni  ghax huwa issa defacto ic-centru tal-espressjoni Leminja f'Malta.

Tajjeb li Naghtu definizzjoni ta' x'nifhmu b'Lemin. Il-Lemin, kontra dak li jghidu permezz tal-propaganda kontinwa u qarrieqa m'ghandu x'jaqsam xejn ma dak li illum hu maghruf bhala Lemin Estrem u li fil-fatt m'hu xejn hlief forma derivattiva u aggressiva ta' Socjalizmu. 

Il-Lemin veru, dak li nesponu ahna, mhux ideologija - huwa sistema politika bbazatha fuq l-osservazzjonijiet tan-natura umana u ta' dak li jahdem u li ma jahdimx f'socjeta mnebbah mill-evidenza, l-fatti u r-raguni. Il-Lemin jaccetta li d-dinja u l-bniedem m'humiex perfetti u li ma jistghux jigu pperfezzjonati u ghalhekk jirrifjuta l-ideologija u l-Utopja tax-xellug. Utopja, li fil-verita, mnezza kif inhi mir-raguni tista  fl-ahhar mill-ahhar twassal biss ghat-tirranija u l-mizerja.

Il-Lemin li jesponi dan is-sit huwa dak li f'pajjizi ohra jigi deskritt bhala konservattivizmu - kelma ohra li grazzi ghal-propaganda xellugija inghatat konnotazzjoni zbaljata.

Le li tkun konservattiv ma tfissirx li int antikwat jew tibza mill-bidla izda tfisser li l-bidla taghmilha meta tkun taf li hi ta' gid. il-Konservattiv ma jemminx fir-revoluzzjoni  li tfisser li thott kollox u tibda mill-gdid (dak progress!). Il-Lemin jemmen fil-progress genwin, billi jikkonserva dak li hu tajjeb u jibni fuqu. 

Hi l-ikbar ironija meta tisma li l-konservattiv huwa xi annimal reattiv. L-ikbar innovazzjonijiet gabhom il-lemin permezz tas-suq hieles, ghax jaghraf li l-genju tal-bniedem li jikkreja u johloq il-gid jista jsehh biss meta hemm il-liberta. Mentri dawk li jsehu ruhom "progressivi" kull meta sabu ruhom fil-poter iffozilizzaw ruhom u honqu l-kreattivita ghax honqu l-liberta, tant li fl-ahhar mill-ahhar s-socjalizmu dejjem, finalment ggranfa mal-poter biss bit-terrur.

Wara tletin sena ta' dominanza Socjalista gewwa pajjizna, CENTRU+LEMIN irid ikun CENTRU TA' SFIDA - sfida li jappella ghall-intellett, ghar-raguni, ghal kultura u ghal-moralita - SFIDA kontra l-kultura tal-medjokrita, tal-jasar u tal-mewt li huwa l-qofol tal-filosofija xellugija

Ahna ta' CENTRU+LEMIN nemmnu fil-liberta, individwali u ekonomika  - kontra kull forma ta' kollettivizmu. Nemmnu li r-rwol ta' l-istat ghandu ikun limitat sabiex qatt ma jkun jista johnoq il-liberta tal-poplu tieghu. Nemmnu fi Gvern icken u tassazzjoni baxxa.  Nemmnu fil-Liberta ta' L-espressjoni u l-gustizzja naturali - jigifieri li d-drittijiet tal-vittmi jiegu qabel dawk tal-kriminali. Nemmnu fid-drittijiet izda tant iehor nemmnu fl-obbligi. Nemmnu f'iktar indipendenza mill-istat u mhux iktar dipendenza fuqu. Nemmnu fid-demokrazija u s-sovranita. Nemmnu f'moralita esterna u li hemm it-tajjeb u l-hazin u li mhux kollox jghaddi. Fi ftit kliem nemmnu fil-Lemin.

TIXTIEQ TIKKONTRBWIXXI?

IL-Battalja li ghandna quddiemna, hija wahda kulturali iktar milli politika - hija wahda ta' verita kontra il-gideb, ta' pragmatizmu kontra x-xewqat fiergha, tar-raguni kontra l-emozzjoni, tal-liberta kontra is-servitu u tal-prosperita kontra l-mizerja.

Nafu li l-karrattru ta-bniedem tal-lemin kontra dak radikali huwa ta' wiehed rizervat, li ma jhobbx jizzattat, li ma jhobbx jghajjat, li jippreferi li jipperswadi flok ibezza' - nafu ghalhekk li dawk li jaghmlu l-iktar hoss huma ix-xellugin, is-socjalisti li moghhom biex jaraw kif ser jikkontrallaw lill-haddiehor flok jiffukaw fuq hajjiethom.

Pero dan igib zvantagg fil-qasam politiku, fejn huwa bzonnjuz li ssemma lehnek sabiex ikunu jafu li int tezisti. Ghalhekk CENTRU+LEMIN huwa ghad-dizpozizzjoni taghkom - iktbulna, ikkontribwixxu artikli. Ejjew halli flimkien naghmlu minn dan il-pajjiz xempju tal-liberta u l-prosperita.

 

Min hu wara CENTRU+LEMIN?

Centru+Lemin huwa progett ta' kollaborazzjoni bejni bhala individwu u l-Partit Azzjoni Nazzjonali. L-unika obbligu li ghandu dan s-sit lejn Azzjoni Nazzjonali huwa li jippubblika dak kollu li jigi mghoddi lilu mill-Partit. Xejn iktar u ghalhekk dawk l-artikli kollha li mhumiex gejjin minghand Azzjoni Nazzjonali mhux neccessarjament jirriflettu l-pozizzjonijiet tal-Partit.

Mieghi ghandi individwi ohrajn jghinuni li m'ghandhom l-ebda rabta ma' AN, izda xorta wahda jemmnu li hemm bzonn  ta' Lehen serju ghal-Lemin genwin.

CENTRU+LEMIN ma nholoqx biex jaghmel profitt. kull dhul li forsi jidhol minn xi servizzi bhal ma hu l-online bookshop, imur biex inlahhqu ma l-ispejjez biex inmantnu s-sit u biex nintroducu servizzi godda halli kemm jista jkun ntejbu dan is-sit u naghmluh izjed accessibli u popolari.

 

Kwistjonijiet ta' Copyright:

Centru+Lemin jaghmel l-ghalmu tieghu biex jaghti kredtu u referenza cara f'dawk l-artikli li nigbdu attenzzjoni ghalihom  li m'humiex proprejta ta' C+L. Dan mhux dejjem possibli ghax gieli fuq cert siti mhux dejjem tintghata l-provenjenza specjalment fejn jidhlu blogs. Ghalhekk jekk xi hadd jidhirlu li xi artiklu ghandu jitnehha minhabba kistjonijiet ta' copyright iktbuli u nerga niccekkja u jekk hu minnhu nnehhi l-artiklu in kwistjoni.

Minn naha l-ohra kemm Centru+Lemin kif ukoll Azzjoni Nazzjonali, jaghtu permess lill-kulhadd li jirriproduci l-artikli taghna - sakemm jigu riprodocuti b'mod fidil u tinghata l-provenjenza b'mod car. 

John Spiteri Gingell

Editur - CENTRU+LEMIN

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

 

 

FORM_HEADER


FORM_CAPTCHA
FORM_CAPTCHA_REFRESH

Banner
JoomlaXTC NewsPro module - Copyright 2009 Monev Software LLC
CENTRU+LEMIN (C)2009