Breaking News

MCAST Open Weekend – Visits and Tours to Industry
Farsons unveils plans about New Brewhouse Project costing €14 million - to be completed by 2013
New Opel Astra debuts in Malta
Global Finance names HSBC Malta Best Trade Finance Bank in Malta for 2010
HP Helps Businesses Respond to Changing Needs with Agile Accelerator Solution

JBookmarks

Add to: JBookmarks Add to: Facebook Add to: Webnews Add to: Buzka Add to: Windows Live Add to: Icio Add to: Ximmy Add to: Oneview Add to: Kledy.de Social Bookmarking Add to:  FAV!T Social Bookmarking Add to: Favoriten.de Add to: Seekxl Add to: BoniTrust Add to: Power-Oldie Add to: Bookmarks.cc Add to: Newskick Add to: Newsider Add to: Linksilo Add to: Readster Add to: Yigg Add to: Linkarena Add to: Digg Add to: Del.icoi.us Add to: Reddit Add to: Jumptags Add to: Upchuckr Add to: Simpy Add to: StumbleUpon Add to: Slashdot Add to: Netscape Add to: Furl Add to: Yahoo Add to: Blogmarks Add to: Diigo Add to: Technorati Add to: Newsvine Add to: Blinkbits Add to: Ma.Gnolia Add to: Smarking Add to: Netvouz Add to: Folkd Add to: Spurl Add to: Google Add to: Blinklist Information
Kif Jahdem Il-Gurdien PDF Print E-mail
Articles | Opinion
Written by Majsi on Wednesday, 05 August 2009 10:00   

Li l-magna tal-PN hi waħda tajba (f’sens politiku naturalment mhux f’sens morali) magħrufa sewwa.  Li ħafna strateġiji nħadmu kexxun hi magħrufa wkoll: il-mod li biħ Eddie sar President u Lawrence sar Prim Ministru; il-kampanja ta’ ħabi tal-verità fl-aħħar elezzjoni fejn il-poplu ingħata l-impressjoni li dak li kien ħażin ma tantx kien ħażin u dak li kien tajjeb kien tajjeb ħafna.  Il-verità kienet bil-maqlub imma la l-poplu għażel li jemmina allura m’hemmx x’tagħmel.  Għalhekk l-Ingliżi jgħidu li poplu dejjem ikollu l-gvern li jixraqlu.

Refgħu għas-sħana tas-sajf u l-aljenazzjoni li din iġġib magħha biex ħabbru l-prezzijiet l-ġodda tal-gass taċ-ċilindri; vera konna qed nistennewha u vera li politikment ikkalkolaw li sa x-xitwa inkunu drajna nħallsu, imma ħalli jerġa’ jaqbad il-bard u malajr kulħadd jistenbaħ.  X’inhuma għal Malta illum żewġ miljunu u nofs ewro ta’ sussidju?  X’inhuma żewġ miljunu w nofs ewro ħdejn it-tmenin miljun u aktar li l-gvern ser jonfoq fuq il-parlament il-ġdid u d-daħla tal-Belt (għax bieb mhux ser ikun hemm)?

U issa sirna nafu li l-pjan lokali tal-Belt ser ikollu jinbidel għax kif kulħadd għaraf, jekk tinqata’ t-triq li tgħaddi minn fuq Bieb-il Belt, it-traffiku żgur ser ikollu jinbidel.  U hawn tifhmu kif jaħdem il-ġurdien.

Min ikkritika l-gvern li tant hu inkapaċi li m’għarafx li kien ser ikollu jbiddel ir-rotot u t-triqat ta’ ġol belt hu verament fidil.  Kien jaf il-gvern x’qed jagħmel imma kien jaf ukoll li jekk ibiddel il-pjan tal-Belt bla raġuni valida kien ser joħloq inkwiet kbir.  Mela x’għamel?  Ftiehem kollox ma Piano, ma sar xejn bil-miktub qalulna, u varaw il-pjan tal-parlament.  Ħallew l-ilma joqgħod biex ikunu jistgħu jxommu kemm dan il-pjan jiġi milqugħ tajjeb jew le, imbagħad ħarġu bl-isbaħ biċċa xogħol.

Użaw isem Piano biex jagħlqulna ħalqna imbagħad qalulna “Tkun ħasra jekk pjan sabieh bħal dan – ta’ l-aqwa perit fid-dinja tafux! - jintefa għax il-kumplament tal-Belt ma taqbilx miegħu!”  U issa ser naraw dan isir.  U bis-saħħa t’hekk tajjarna l-karozzini minn misraħ il-Palazz u minjaf kemm ser ikun hemm tibdiliet oħra. U biex dan kollu jirnexxi, x-xogħol ser jingħata f’idejn managers stranġieri.

Għad fadal erba’ snin għall-elezzjoni u min jaħseb li l-ġurdientilef għaqlu, qed jiġri wisq.

Il-Majsi

 

FORM_HEADER


FORM_CAPTCHA
FORM_CAPTCHA_REFRESH

Banner
JoomlaXTC NewsPro module - Copyright 2009 Monev Software LLC
CENTRU+LEMIN (C)2009