| About Centrulemin |
|
|
|
| News | Latest News |
| Written by CENTRU+LEMIN on Tuesday, 11 August 2009 12:26 |
|
X'INHU CENTRU+LEMIN? CENTRU+LEMIN Huwa Portal b'forma ta' magazin elettroniku. Fih issibu ahbarijiet u artikli li jharsu lejn id-dinja u l-hajja mill-lenti tal-lemin. CENTRU+LEMIN iservi ukoll bhala portal fejn nigbdu l-attenzzjoni ghal dawk l-ahbarijiet u artikli fuq l-internet li nemmnu huma ta' interess lill-qarrej lemini - m'hux biss minhabba l-aspett informattiv taghhom izda ghax nhossu li huma relevanti ghas-socjeta taghna.
GHALFEJN CENTRU+LEMIN? Mhux xi sigriet li l-media f'pajjizna hija ddominata minn esponsenti xellugin jew hekk imsejha Progressivi u Liberali - fi ftit kliem, Socjalisti. Meta l-Media Maltija mhux qed taghmel l-ghalmu taghha sabiex tahsel l-imhuh tan-nies b'ideat skaduti u falluti, ideat li ma gabu xejn hlief mizerja kull fejn gew attwati - isservi biss ghal-battibekki partiggjani u infantili bejn zewg partiti mostri li illum it-tnejn ixaqilbu lejn ix-xellug. L-ikbar dnub tal-media mhux qieghed fil-bias ovvju taghha fejn taghzel li tirrapporta- izda sottilment l-ikbar censura hija f'dak li taghzel li ma tirraportax. Ghalhekk CENTRU+LEMIN gie mwaqqaf bl-iskop li johloq bilanc, biex jaghti wiesgha ghal-lehen tal-Lemin li qatt ma jigi rraportat. Bex jaghti alternattiva ghal-dawk l-ideat skaduti u falluti li dawk li japprezzaw il-liberta tqazzu minnhom wara seklu ta' Socjalizmu. Dan is-sit huwa msemmi b'intenzzjoni ghax huwa issa defacto ic-centru tal-espressjoni Leminja f'Malta. Tajjeb li Naghtu definizzjoni ta' x'nifhmu b'Lemin. Il-Lemin, kontra dak li jghidu permezz tal-propaganda kontinwa u qarrieqa m'ghandu x'jaqsam xejn ma dak li illum hu maghruf bhala Lemin Estrem u li fil-fatt m'hu xejn hlief forma derivattiva u aggressiva ta' Socjalizmu. Il-Lemin veru, dak li nesponu ahna, mhux ideologija - huwa sistema politika bbazatha fuq l-osservazzjonijiet tan-natura umana u ta' dak li jahdem u li ma jahdimx f'socjeta mnebbah mill-evidenza, l-fatti u r-raguni. Il-Lemin jaccetta li d-dinja u l-bniedem m'humiex perfetti u li ma jistghux jigu pperfezzjonati u ghalhekk jirrifjuta l-ideologija u l-Utopja tax-xellug. Utopja, li fil-verita, mnezza kif inhi mir-raguni tista fl-ahhar mill-ahhar twassal biss ghat-tirranija u l-mizerja. Il-Lemin li jesponi dan is-sit huwa dak li f'pajjizi ohra jigi deskritt bhala konservattivizmu - kelma ohra li grazzi ghal-propaganda xellugija inghatat konnotazzjoni zbaljata. Le li tkun konservattiv ma tfissirx li int antikwat jew tibza mill-bidla izda tfisser li l-bidla taghmilha meta tkun taf li hi ta' gid. il-Konservattiv ma jemminx fir-revoluzzjoni li tfisser li thott kollox u tibda mill-gdid (dak progress!). Il-Lemin jemmen fil-progress genwin, billi jikkonserva dak li hu tajjeb u jibni fuqu. Hi l-ikbar ironija meta tisma li l-konservattiv huwa xi annimal reattiv. L-ikbar innovazzjonijiet gabhom il-lemin permezz tas-suq hieles, ghax jaghraf li l-genju tal-bniedem li jikkreja u johloq il-gid jista jsehh biss meta hemm il-liberta. Mentri dawk li jsehu ruhom "progressivi" kull meta sabu ruhom fil-poter iffozilizzaw ruhom u honqu l-kreattivita ghax honqu l-liberta, tant li fl-ahhar mill-ahhar s-socjalizmu dejjem, finalment ggranfa mal-poter biss bit-terrur. Wara tletin sena ta' dominanza Socjalista gewwa pajjizna, CENTRU+LEMIN irid ikun CENTRU TA' SFIDA - sfida li jappella ghall-intellett, ghar-raguni, ghal kultura u ghal-moralita - SFIDA kontra l-kultura tal-medjokrita, tal-jasar u tal-mewt li huwa l-qofol tal-filosofija xellugija Ahna ta' CENTRU+LEMIN nemmnu fil-liberta, individwali u ekonomika - kontra kull forma ta' kollettivizmu. Nemmnu li r-rwol ta' l-istat ghandu ikun limitat sabiex qatt ma jkun jista johnoq il-liberta tal-poplu tieghu. Nemmnu fi Gvern icken u tassazzjoni baxxa. Nemmnu fil-Liberta ta' L-espressjoni u l-gustizzja naturali - jigifieri li d-drittijiet tal-vittmi jiegu qabel dawk tal-kriminali. Nemmnu fid-drittijiet izda tant iehor nemmnu fl-obbligi. Nemmnu f'iktar indipendenza mill-istat u mhux iktar dipendenza fuqu. Nemmnu fid-demokrazija u s-sovranita. Nemmnu f'moralita esterna u li hemm it-tajjeb u l-hazin u li mhux kollox jghaddi. Fi ftit kliem nemmnu fil-Lemin. TIXTIEQ TIKKONTRBWIXXI? IL-Battalja li ghandna quddiemna, hija wahda kulturali iktar milli politika - hija wahda ta' verita kontra il-gideb, ta' pragmatizmu kontra x-xewqat fiergha, tar-raguni kontra l-emozzjoni, tal-liberta kontra is-servitu u tal-prosperita kontra l-mizerja. Nafu li l-karrattru ta-bniedem tal-lemin kontra dak radikali huwa ta' wiehed rizervat, li ma jhobbx jizzattat, li ma jhobbx jghajjat, li jippreferi li jipperswadi flok ibezza' - nafu ghalhekk li dawk li jaghmlu l-iktar hoss huma ix-xellugin, is-socjalisti li moghhom biex jaraw kif ser jikkontrallaw lill-haddiehor flok jiffukaw fuq hajjiethom. Pero dan igib zvantagg fil-qasam politiku, fejn huwa bzonnjuz li ssemma lehnek sabiex ikunu jafu li int tezisti. Ghalhekk CENTRU+LEMIN huwa ghad-dizpozizzjoni taghkom - iktbulna, ikkontribwixxu artikli. Ejjew halli flimkien naghmlu minn dan il-pajjiz xempju tal-liberta u l-prosperita.
Min hu wara CENTRU+LEMIN? Centru+Lemin huwa progett ta' kollaborazzjoni bejni bhala individwu u l-Partit Azzjoni Nazzjonali. L-unika obbligu li ghandu dan s-sit lejn Azzjoni Nazzjonali huwa li jippubblika dak kollu li jigi mghoddi lilu mill-Partit. Xejn iktar u ghalhekk dawk l-artikli kollha li mhumiex gejjin minghand Azzjoni Nazzjonali mhux neccessarjament jirriflettu l-pozizzjonijiet tal-Partit. Mieghi ghandi individwi ohrajn jghinuni li m'ghandhom l-ebda rabta ma' AN, izda xorta wahda jemmnu li hemm bzonn ta' Lehen serju ghal-Lemin genwin. CENTRU+LEMIN ma nholoqx biex jaghmel profitt. kull dhul li forsi jidhol minn xi servizzi bhal ma hu l-online bookshop, imur biex inlahhqu ma l-ispejjez biex inmantnu s-sit u biex nintroducu servizzi godda halli kemm jista jkun ntejbu dan is-sit u naghmluh izjed accessibli u popolari.
Kwistjonijiet ta' Copyright: Centru+Lemin jaghmel l-ghalmu tieghu biex jaghti kredtu u referenza cara f'dawk l-artikli li nigbdu attenzzjoni ghalihom li m'humiex proprejta ta' C+L. Dan mhux dejjem possibli ghax gieli fuq cert siti mhux dejjem tintghata l-provenjenza specjalment fejn jidhlu blogs. Ghalhekk jekk xi hadd jidhirlu li xi artiklu ghandu jitnehha minhabba kistjonijiet ta' copyright iktbuli u nerga niccekkja u jekk hu minnhu nnehhi l-artiklu in kwistjoni. Minn naha l-ohra kemm Centru+Lemin kif ukoll Azzjoni Nazzjonali, jaghtu permess lill-kulhadd li jirriproduci l-artikli taghna - sakemm jigu riprodocuti b'mod fidil u tinghata l-provenjenza b'mod car. John Spiteri Gingell Editur - CENTRU+LEMIN This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
CENTRU+LEMIN (Centre Right) is a portal packaged in the form of an online magazine. Whereby we bring to attention local and foreign news and opinion which might have relevance to our society. We also publish our own commentary and articles as well official material spplied to us by Azzjoni Nazzjonali. CENTRU+LEMIN is a response to the liberal left domination of the local media. We hope that in due course it will do it's bit to bring some balance into the national debate, which is worryingly one sided. We hope that in the meantime it will prove to be a refuge to those of a right wing/conservative disposition who thus far have been starved of real right wings news and opinion. CEBTRU+LEMIN is a joint project between myself as an individual who has long felt this need and the political party to which i pertain, Azzjoni Nazzjonali. Helping me are a number of individuals who have no association with AN but who nonetheless strongly believe that the Left's monopoly on the media must not be left unchallenged. Hence the only obligation this site has towards AN is to publish the material that is forwarded to CENTRU+LEMIN. We hope that you will like our site and return often. You are encouraged to submit your views not only through the online commenting system but also perhaps also in the form of articles. Comments are moderated, and whilst we will take free speech to the limit, we will not publish genuinely offensive or illegal material.
Copyright: Centru+Lemin always gives full credit and cite reference and sources to those articles which we publish and whose intellectual property is not our own. Sometimes this is rather difficult as provenance is not that straightforward to distinguish - especially in the blogging world. Hence if you are the owner of any material that may be displayed here, which might be infringing on your rights, write to us and we will correct it accordingly. From our side both CENTRU+LEMIN and Azzjoni Nazzjonali give their permission that their own original articles may be reproduced freely as long as they are reproduced faithfully and their provenance is cited.
|




