Breaking News

MCAST Open Weekend – Visits and Tours to Industry
Farsons unveils plans about New Brewhouse Project costing €14 million - to be completed by 2013
New Opel Astra debuts in Malta
Global Finance names HSBC Malta Best Trade Finance Bank in Malta for 2010
HP Helps Businesses Respond to Changing Needs with Agile Accelerator Solution

JBookmarks

Add to: JBookmarks Add to: Facebook Add to: Webnews Add to: Buzka Add to: Windows Live Add to: Icio Add to: Ximmy Add to: Oneview Add to: Kledy.de Social Bookmarking Add to:  FAV!T Social Bookmarking Add to: Favoriten.de Add to: Seekxl Add to: BoniTrust Add to: Power-Oldie Add to: Bookmarks.cc Add to: Newskick Add to: Newsider Add to: Linksilo Add to: Readster Add to: Yigg Add to: Linkarena Add to: Digg Add to: Del.icoi.us Add to: Reddit Add to: Jumptags Add to: Upchuckr Add to: Simpy Add to: StumbleUpon Add to: Slashdot Add to: Netscape Add to: Furl Add to: Yahoo Add to: Blogmarks Add to: Diigo Add to: Technorati Add to: Newsvine Add to: Blinkbits Add to: Ma.Gnolia Add to: Smarking Add to: Netvouz Add to: Folkd Add to: Spurl Add to: Google Add to: Blinklist Information
IR-RIFORMA FIT-TRANŻIZZJONI MILL-PRIMARJA GĦAS-SEKONDARJA FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA PDF Print E-mail
Articles | Ahbarijiet
Written by Gerald Fenech on Friday, 22 January 2010 14:29   
Xi skejjel tas-subien (St Paul’s Missionary College, is-Seminarju, Malta, St Augustine College, u Savio College) qed jaħsbu sabiex jibnu skola primarja, u Theresa Nuzzo (skola tal-bniet) se tibni skola sekondarja. Is-Seminarju, Malta (subien), is-Seminarju, Għawdex (subien), u l-iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (bniet) se jżidu klassi mill-Form 1 sal-Form 5 u l-iskola St Michael, Ħal-Qormi (subien) se żżid klassi fil-Form 1 u fil-Form 2.  Qed jiġi kkunsidrat li jiżdiedu ukoll 3 klassijiet Kinder f’Għawdex.
Id-dħul f’dawn il-primarji fl-ewwel tlett snin se jkun fl-ewwel u fir-raba’ sena. B’dan il-mod, fi tliet snin, dawn l‑iskejjel jimtlew u dħul fil-Form 1 ikun proċess faċli. Meta jimtlew il-primarji l-ġodda id-dħul fl-iskejjel jibda jsir b’mod regolari fil-Kinder 1, Kinder 2, l-ewwel sena primarja u l‑ewwel sena sekondarja.
 
Il-Prinċipju tal-Kontinwità
Bħala parti mill-istess riforma se jissaħaħ il-prinċipju tal-kontinwità. B’dan il-prinċipju tfal li jidħlu fi skola tal-Knisja li għandha livelli ogħla jibqgħu fiha. Dan il-prinċipju issa se jiġi estiż għall-iskejjel kollha jiġifieri tfal li jidħlu fi skola tal-Knisja jistgħu jkomplu fi skola tal-Knisja. Fejn l-iskola tal-livell superjuri tkun ta’ l-istess kongregazzjoni it-tfal imorru f’dik l-iskola. Meta t-tfal jispiċċaw minn skejjel tal-Knisja differenti u jkun hemm diversi skejjel fejn jistgħu jidħlu, tintuża  s-sistema  tal-polza  sabiex  huma  jagħżlu  wara xulxin l-iskola li jkunu jixtiequ.   Per
 
eżempju huwa kalkulat li xi mitt (100) tifel jew tifla jispiċċaw il-Kinder 2 u l-iskola tagħom ma tkompliex. Dawn il-mitt student issa se jiġu milqugħa fi skejjel oħra tal-Knisja. L-istess jiġri fi tmiem tas-sitt sena primarja meta xi 150 student jispiċċaw minn skejjel li ma’ għandhomx is-sekondarja. Dawn l-istudenti se jiġu aċċettati fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja.
 
Ta’ min jinnota li fl-2011, 2012 u l-2013 il-postijiet vakanti għas-subien fil-Form 1 f’Malta se jkun ta’ madwar 400 kull sena. Dan ifisser li barra s-subien li jiġu mill-iskejjel primarji tal-Knisja jkun baqa xi 250 post. Dawn il-postijiet jkun jistgħu jimtlew minn subien li jkunu             fl-iskejjel tal-Istat jew Indipendenti. Anke f’dan il-każ tintuża s-sistema tal-polza  sabiex jintagħżel minn se jinkiteb fi skola tal-Knisja.
 
Kriterji tad-Dħul
MiIl-kriterji eżistenti tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja se jispiċċa dak tal-eżami għad-dħul fil-Form1. Il-Kriterji l-oħra huma:
tfal li qegħdin fid-djar tal-Knisja,
tfal bi bżonnijiet speċjali,
Aħwa fl-istess skola ta’ ħuthom,
il-bqija bil-polza.
Il-kriterju ta’ l-aħwa se jiġi estiż għall-iskejjel li sa issa kienu jdaħħlu tfal bl-eżami komuni u li ma’ kellhomx primarja.
 
Mal-kriterji tad-dħul qed jiżdied kriterju ġdid li jixbaħ ħafna lil dak ta’ l-aħwa. B’dan il-kriterju   ġdid ulied ta’ mpjegati ta’ skola tal-Knisja, jistgħu jinkitbu fl-iskola fejn ikun qed jaħdem il-missier jew taħdem l-omm. Dan il-kriterju għandu jgħin lill-familji li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja għaliex b’hekk il-ġenituri ikun jistgħu jieħdu lil uliedhom magħhom. Minn studju li sar mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni jirriżulta li l-impatt ta’ dan il-kriterju fuq in-numru ta’ tfal li se jidħlu fl-iskejjel tal-Knisja se jkun minimu, average ta’ student/a kull sena f’kull skola.

 

 

FORM_HEADER


FORM_CAPTCHA
FORM_CAPTCHA_REFRESH

Banner
JoomlaXTC NewsPro module - Copyright 2009 Monev Software LLC
CENTRU+LEMIN (C)2009